F’Maltarti se nitkellmu dwar spettaklu ta’ żfin li se jittella’ fit-Teatru Manoel li hu bbażat fuq żifna klassika minn Spanja.
Spettaklu li jfakkar żifna klassika minn Spanja u l-vjaġġ tagħha tul mitejn sena. Il-produzzjoni Mu-Danzas Boleras 1812-2012 se titla’ fuq il-palk tat-Teatru Manoel f’Ġunju li ġej, b’interpretazzjonijiet mimlijin ħajja minn artisti internazzjonali. L-episodju tal-lum se jagħtina togħma żgħira ta’ dak li hemm imħejji għall-udjenza.
A spectacle that honours classical dance from Spain and its 200-year journey. The production Mu-Danzas Boleras 1812-2012 will grace the stage of the Manoel Theatre this coming June with lively interpretations from international artists. Today’s episode will give us a slight taste of what the audience should expect.