Maltarti jżur il-provi ta’ Ellie, il-Musical produzzjoni ġdida tat-Teatru Manoel ibbażata fuq mużika mill-katalogu ta’ The Beatles, li se tiftaħ fit-30 ta’ Ġunju.
Four youths dream of starting a band and becoming famous. Sargeant and Mrs Peppier, the owners of the Yellow Music Club, are determined to help. But first, they must choose the best singers during the Annual Big Beatles Parade where singers must sing from one of The Beatles’ repertoires. Ellie The Musical is a new production by the Manoel Theatre by the creative producer Antoine Farrugia, written by Simon Bartolo and directed by Josette Ciappara whilst the choreography is by Warren Bonello.
Erba’ żgħażagħ joħolmu li jibdew band u jsiru famużi, u Sargeant u Mrs Peppier, is-sidien tal-Yellow Music Club huma determinati biex jgħinu. Imma l-ewwel iridu jagħżlu l-aqwa kantant jew kantanta waqt l-Annual Big Beatles Parade fejn il-kantanti jinterpretaw kanzunetti mill-katalogu ta’ The Beatles. Ellie, il-Musical hija produzzjoni ġdida tat-Teatru Manoel, mill-produttur kreattiv Antoine Farrugia, b’kitba ta’ Simon Bartolo, direzzjoni ta’ Josette Ciappara u korijografija ta’ Warren Bonello.